Din is-sena l-banda tagħna ser tkun ferm attiva’ fiż-żmien il-Milied, hekk kif ser tieħu sehem f’xejn anqas minn 6 attivitajiet.
Dawn l’attivitajiet huma:
Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru, bejn il- 5:30 u is 6.30 ta’ filgħaxija waqt l’attivita Ir-Raħal fil-Milied, il-banda ser tkun qed tferraħ lill dawk preżenti bl-għanjiet tal-Milied.
Il-Ħadd 13ta’ Diċembru bejn il-11.00 u nofsinhar, sezzjoni mil- Banda Żgħażagħ ser tkun qed idoqq flimkien ma’ parti mil-Youth Band tas- Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan waqt attivita tal-Milied , Christmas Village organnizata mil- Aġenzija Żgħażagħ.
Is-Sibt 19 u il-Ħadd 20 ta’ Diċembru, il- Banda Żgħażagħ ser tkun qed idoqq flimkien mal-Youth Band tas- Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, waqt Programm Mużikali repetut, bħala l-għeluq ta’ proġett ko-ifinnazjat mil- Agenzija Żgħażagħ u l- Għaqda Każini tal- Banda. Aktar dettalji ser jingħataw il-quddiem.
Is-Sibt 26 ta’ Diċembru, il-Banda tagħna filgħodu tmur tferraħ lill- Anazjani li jgħixu ġewwa id-dar ta’ xjuħ b’għanjiet tal-Milied.
It-Tnejn 28ta’ Diċembru il-Banda idoqq waqt l-attivita annwali tal-party għat-tfal ġewwa is-sala ‘8 ta’ Settembru’ ġewwa is-sede tal- Għaqda.