Il-Banda Vittorja ġewwa l-Vatikan u Ruma

Bħal llum xahar il-banda Vittorja flimkien ma’ kontingent ta’ partitarji u Naxxarin li ser ikunu qed iżuru l-Belt ta’ Ruma u l-Vatikan.

F’ din il-mawra storika għal Għaqda tagħna w għan-Naxxar il-banda ser tkun qed idoqq f’żewġ villaġi. Ġewwa Veroli fil-festa ta’ San Mikiel kif ukoll ġewwa Pofi. Il-qofol tal-mawra tkun ġewwa il-Vatikan fejn il-banda Vittorja ser idoqq f’udjenza mal-Papa Franġisku fil-pjazza tal-Vatikan. F’dawn l-okkażżjonijiet il-banda ser tkun dejjem taħt it-tmexxija tal-Assistent Surmast Christine Dimech.

IMG_0486

Ta’ min jgħid li din il-mawra giet fully booked u lanqas kien hemm bżonn ta’ l-ebda reklamar hekk kif nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Awwissu 2014 waqt l-Akkademja Mużikali li l-banda għamlet ġewwa il-knisja arċipretali tan-Naxxar ġiet imħabbra din il-mawra mis-Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta’, is-Sur Clifford Galea.

B’din il-mawra l Għaqda tagħna ser tkun qed tiftah il-festi ċentinarji mit-twaqqif tagħha.

Din is-safra qeda ssir bl’ għajnuna ta’ Creative Communities u Air Malta.

Print

 

IMG_0488

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top