Il-Ħames Sibt għal- Festa 2016

Il-Ħames Sibt wasal, u issa verament qedin noqorbu lejn dak iż-zmien tant għal qalbna in-Naxxarin. Filfatt bħal illum xahar, ikun is-6 ta’ Settembru. Jum imnaqqax f’qalbna il-Vittorjani. Jum li minħabba fih l-istorja tixhed li ġiet imwaqqfa il-banda tagħna 27 sena ilu. Il-jum li fih l-għaqda tagħna tiċċelebra bl’aktar mod ewforiku u jkun mistenni min ħafna, kemm Naxxarin kif ukoll barranin. Din is-sena mhux ħa tkun b’inqas.

F’dan ir-ritratt li ħejjha għalina Christian Bianchi, insibu ritratti tan-Nar tal-art kif ukoll tal-ajru tad-dilettanti tagħna. Ma jistax ukoll ma jisemmhix l-unika suċċess naxxari f’dak li għandu x’jaqsam man-nar, li kien propju fl’2013 li id-dilettanti rebħu l-akbar unur nazzjonali fin-Nar tal-art.

Din is-sena id-dilettanti tan-nar ħadmu bla waqqfien għad detriment ta’ ħajjithom, familthom u nies li jħobbhom, biex ser jgħatuna spettaklu kbir fiż-żmien il-festa fejn il-qofol ser issir nhar is-6 ta;’ Settembru b’ żewġ spettakli kbar. Fid- 9.00pm – “The Centenary Pyro Musical Show” – show ta nar tal-ajru bil-fireone. Imbad wara il-marċ il-kbir, fil-pjazza, esebizzjoni spettakolari tan-nar tal-art mekkanizzat.

Program dettaljat tal-programm tan-nar ser jiġi mtellgħa aktar tard dan ix-xhar.

Is-Soċjeta tirringrazzja lil dawn il-voluntira, tax-xogħol kbir li jagħmlu b’riskji li jħib miegħu, biex aħna ingawdu il-frott ta ħidmithom.

Bi sparar jidwi mas-sema,
Festa w ferħ ma’ kullimkien.
Dawn uliedek isellmulek,
O sultana tal-ħolqien.

(M. Mangani)

 

13941084_1356285131067446_957777906_n

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top