Is-Sibt 25 ta’ Awwissu, 2018
Lejla Tradizzjonali tal-Festa
8.00pm Il-lejla tradizzjonali tal-festa fl-oratorju tal-parroċċa bis-sehem ta’ diversi kantanti u trattament ieħor.
Il-Tlieta 28 ta’ Awwissu 2018
Ħruġ Minn Niċċa
Filgħaxija, ħruġ min niċċa. il-Kummissjoni Żgħażagħ tistieden lill-kulħadd jattendi bil-flokkijiet jew gearijiet tas-soċjeta’ biex b’hekk nilqgħu il-bidu tal-festa bħala soċjeta’.
NAR: Fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtaletti. Fit-7.45pm: Ħruq ta’ salut, Kaxxa infernali murtaleti u murtali tal-kulur.
Il-Sibt 1 ta’ Settembru 2018
Festa Tfal
6.00pm Purċissjoni minn quddiem il-kappella ta’ Santa Luċija sas-sede tas-Soċjeta’ akkumpanjata mill-Banda Vittorja. wara Party tal-festa għat-tfal b’ħafna intratteniment u rigal. Donazzjoni għal party ta €8. Biljetti mill-bottegin tas-soċjeta’.
Il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2018
Kunċert Mużikali u Ċeremonja Kommemorattiva
8.15pm: Kunċert Vokali u Strumentali li tant ikun mistenni minn bosta dellattni tal-mużika bandistika. L-20 rapresentazzjoni ta dan il-kuncert bil-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja bi presentazzjoni tal-preżentatur tad-radju, Daniel Vella.
Il-Program Mużikali huwa:
Jubilee Overture – Philip Sparke
Timpanissimo – John Glenesk Mortimer
Timpani Soloist: Kristen Borġ
The Beautiful Danube “Waltz” -Johann Strauss II
arr. John Gready
Music for a Darkened Theatre – Danny Elfman
Paris Montmartre -arr. Toshio Mashima
Intervall
Festive Bells – Prof. Joseph Vella
Bells Soloist: Kristian Schembri
The A Team Theme Mike Post, Pete Carpenter
-arr. Capt. John Ivan Borġ
Il-Bajja tal-Mellieħa -Sammy Bartolo
Arr. Alex Bezzina. Kantant: Neville Refalo
Qalu li Raw – Tony Camilleri (Bayzo)
Arr. Andrew Calleja. Kantant: Neville Refalo
L-ewwel Tfajla li Ħabbejt -The Malta Bums
Arr. Aurelio Belli. Kantant: Neville Refalo
Innu Marcia Vittorja – Capt. John Ivan Borġ
It-Tnejn 3 ta’ Settembru 2018
Riċeviment għal-membri u soċji tal-każin.
Bħal ta kull sena issir riċeviment għal membri, soċji, bandisti u membri destinti fis-sede tas-soċjeta’. Dan jibda fis-7.30pm ġewwa is-swali tas-soċjeta’.
It-Tlieta 4 ta’ Settembru 2018
L-Ewwel Tridu
8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi minn Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u jintemm f’Misraħ ir-Rebħa.Fil-pjazza ser ikun hemm sorpriża mill-Kummissjoni Żgħażagħ fżgħeluq l’20 sena mit-twaqqif tagħha. Wara jinħaraq in-nar tal-Art fil-pjazza mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda.
Nar: Fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtali. Fid-9.00pm: Beraq ikkulurit, beraq pront, murtali tal-kulur u kaxxa infernali. Fil-1130pm: Nar tal-Art mekkanizzat f’Misraħ ir-Rebħa
Il-Ħamis 6 ta’ Settembru 2018
L-Aħħar Tridu – il-Marċ il-Kbir
8.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq il-marċ il-kbir tradizzjonali tagħha fost il-briju spettakolari tal-partitarji matul it-Toroq San Ġwann u Sta. Luċija fejn imbagħad jiil-marċ jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ ir-Rebħa fost il-ferħ u l-briju spettakolari tal-partitarji fejn jintemm b’feature qsajjar li jitratta l-istorja tas-Soċjeta’ Wara tinħaraq ħarqa spettakolari ta nar tal-art mid-dilettanti tan-nar tal- għaqda.
Nar: Fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtali. Fid-9.00pm: Beraq ikkulurit, beraq pront, murtali tal-kulur u kaxxa infernali. F’ 1200am: Esebizzjoni kbira tan-nar tal-art mekkanizzat u artistiku akkumpanjat bil-mużika, f’Misraħ ir-Rebħa.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018
Marċ u demostrazzjoni bix-xbieha tal-Bambina lejliet il-Festa
7.30pm Il-Banda Vittorja ddoqq marċi brijużi matul it-Toroq Ġużeppi Stivala, Sejjieħ, Leli Falzon, San Ġorġ, Kbira u Misraħ Vittorja. Wara dawn, il-banda, akkumpanjata mill-istatwa artistika ta’ Marija Bambina, tkompli ddoqq f’demostrazzjoni fit-Toroq Labour, 21 ta’ Settembru, Żenqa u Santa Luċija fejn nispiċċaw quddiem il-każin bl-Ave Maria, mis-Soprana mill-brava Naxxarija Audrienne Zammit.
Is-Sibt 8 ta’ Settembru 2018
Nhar il-Festa
11.00am Il-Banda Vittorja tallegra lill-folla li takkumpanjaha matul it-toroq Santa Luċija, Fran, 21 ta’ Settembru, Labour, Ġdida, Salib, Mdina, Kbira u f’Misraħ ir-Rebħa. Jispiċċa wara li jitgawda l-aqwa tal-briju mill-partitarji entużjasti tagħna ħdejn il-Każin.
Filgħaxija jindaqqu diversi innijiet mill-gallarija tal-każin mal-wasla tal- Istatwa Titulari quddiem il-Każin.
Il-Banda tkun dejjem taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro. Roderick Bugeja F.L.C.M.
N. B. Lejlet u nhar il-festa, is-swali tal-Każin ikunu miftuħin għall-wiri