Il-lejla: Demostrazzjoni

Il-kelma demostrazzjoni smajna ħafna bihom, imma ġol-festi tieħu xejra differenti fejn din tkun tfisser xi ħaġa ta’ devozzjoni u għaqda. Fi ftit siegħat oħra il-banda tagħna tkun qiegħed iddur mat toroq Naxxarin biex fid-9pm tidħol f’misraħ ir-Rebħa fejn mal-banda tingħaqad l-istatwa mill-isbaħ li tipposjedi is-soċjetà fejn flimkien ma’ corteo ta standardi mill-ifjen li tipposjedi is-socjeta timxi bid-daqq ta’ innijiet Marjani lejn is-sede tas-soċjetà. Għal ħabta tal-10pm id-demostrazzjoni tasal fi Triq santa Luċija fejn mal-banda tingħaqad il-kantanta Kacey Azzopardi u tkanta xi innijiet Marjani flimkien mal-banda. Hekk kif il-banda iddoqq l-Ave Maria l-istatwa titla’ fuq il-pedestall artistiku tagħha. Wara it-tlugħ,is-sopran Naxxarija, Adriana Zammit tkanta, l-Ave Maria min fuq il-gallarija tas-soċjetà b’tislima lill-Ommna u Padruna tas-soċjetà, Marija Bambina.

Ta’ min ngħidu li din is-sena, il-puttini ta’ mal-vara ħadu xejra ġdida hekk kif ġew indurati u sejf u palma ġew miżjuda magħhom.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top