Is-sena 2020 kienet sena differenti u straordinarja għal kulħadd. Ma stajniex niltaqgħu għal attivitajiet soċjali, ma stajniex nagħmlu l-festa kif imdorrijin nagħmluha s-soltu. Minkejja kollox, xorta kienet sena impenjattiva fejn rajna kif dawwarna din is-sena f’opportunità.
Il-Banda u l-Iskola tal-mużika baqgħu għaddejjin b’mod differenti, il-lezzjonijiet saru onlajn. Baqgħet tasal ġewwa djarna kemm fil-festa ta’ Marija Bambina u anke f’dawn iż-żminijiet tal-Milied fejn tatna ukoll kunċerti virtwali li stajna nseguwuhom min ġewwa djarna.
Iż-żgħażagħ li minkejja kollox, baqgħu joħolqu attivitajiet ta’ fundraising b’ideat ġodda u innovattivi.
Tan-nar, li għalkemm sena bi qtugħ ta’ qalb, xorta raw kif jagħmlu u jtuna spettaklu fil-festa li għaddiet.
Il-Kumitat, li dawwar din is-sena f’opportunità fejn rajna l-bidu ta’ proġett infrastrutturali kbir fis-sede tagħna sabiex jkun jista’ jintuża aħjar mill-membri. Proġett kbir li ilu biex isir għal bosta snin li jinkludi ukoll bini u tagħmir ġdid għall-iskola tal-mużika.
Fuq kollox, inħarsu lejn is-sena l-ġdida b’ferħ, kuraġġ u ottimiżmu kbir. Sena oħra ta’ ħidma fejn nibdew naraw il-frott tal-proġetti ambizzjużi u sostenibbli. Fuq kollox, inħarsu ‘l quddiem sabiex nkunu nistgħu niċċelebraw festa aħjar. VIVA MARIJA BAMBINA.
