Wara li ftit iktar min xahar ilu l-banda għamlet program ċelebrattiv fil- Valletta Watrefront, bis-support tal- Malta Arts Fund, Local Culture Initiative Fund kif ukoll Valletta Cruise Port, għat-tielet sena konsekkuttiva, proġett imsawar mil- Kummissjoni Banda u mill Kumitat Ċentrali, reġgħa sab l’appoġġ mil- Aġenzija Żagħżagħ.
Huwa ta’ unur kbir li bħala soċjeta ta’ kull sena qed nuru oriġinalita fil-mod ta kif qed innxandru it-tgħallim u l-mużika fis-soċjeta’, u ta dan qed insibu l’ għajnuna fininzjarja min organizazzjonijiet governattivi u oħrajn li mhumiex, biex inkomplu intejbu dak li ilna naħdmu flimkien għalih.
