Bħalissa l-Banda Vittorja qed tagħti r-raba’ servizz tagħha għal dan is-Sajf, fil-festa ta’ San Sebastjan Martri ġewwa l-Belt ta’ Pinto, Ħal Qormi. F’dan is-servizz, il-Banda assistiet il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Sebastjan u ser tkun qed takkumpanjaha matul il-purċissjoni.
