Ir-Raba’ sibt tal- Vitorja, u l-loghob tan-nar fiz-zmien l’imghoddi

Fir- raba sibt tal-Vitorja, nixtiequ li naghtu harsa zghira lejn is-sitwazzjoni tan-nar fl’ imghoddu fir- rahal taghna
kif ukoll xi incidenti li saru fil-kmamar ta produzzjoni taghhom.

F’ħafna bliet u l-rħula tal-gżejjer Maltin, numru ta’ dilettanti jaħdmu sena sħieħa biex fil-ġimgħa tal-festa jimlew is-smewwiet u jsellmu l-padruna bl-isparar tal-murtali. Nistgħu ngħidu li n-nar llum sar parti integrali mill-kultura u l-festi Maltin.  Fin-Naxxar nafu li l-isparar għall-festa kien isir b’mod regolari sa mill-bidu tas-seklu għoxrin u dan għadu jsir sal-ġurnata tal-llum. Ħafna huma dawk li jkun qed jistennew biex jaraw l-ispettaklu li jkun ħejjew id-dilettanti għall-festa hekk kif kienu jagħmlu ta’ qabilna
 
Dun Anton Xiberras twieled in-Naxxar fl-1922 u minn mindu ġie ordnat saċerdot fl-1947 huwa serva għall diversi snin fil-parroċċa. Huwa kien patrijot kbir u l-imħabba lejn raħal twelidu hija evidenti fil-kitbiet numerużi w ta’ kull xorta li ħallielna warajh. Fostdawn, insibu enċiklopedija ddedikata interament lin-Naxxar. Taħt il-kelma ‘nar’ huwa kitbilna hekk:

‘Dan li ngħidulu ġuġġifogu jew musketterija u rdieden aktarx dejjem jinħadmu minn barranin bħalma kien Mikiel Balzan ta’ B’kara, iżda għall dawk li huma murtali u bombi, ħafna Naxxarin jafu jaħdmuh tajjeb u la tasal il-Vitorja dejjem ikollhom ħafna minnu. Diversi drabi korrew u miet nies b’dan il-logħob. Habta tal-1929 il-kamra fejn kienu jahdmu n-nar, mimlija murtali ħadet u taret b’kollox. Kienet xorti tajba, li ma miet ħadd, imma korrew uħud. Fl-1936 taret karma oħra li iktar tard telgħet flok oħra f’post ieħor. Din ħalliet ħames vittmi u wħud li korrew. Drabi oħra ġraw diżgrazzji bħall dawn ta’ mewt u ta’ kurriment. Il-Ħames vittmi li semmejna tal-1936 huma midfuna f’qabar għalihom kif tidħol fic-cimeterju

image
Wiehed mill ahwa Galea (ta kalora) man-Nar-ghall festa tal bambina fl-ahhar nofs tas-seklu ghoxrin

Hekk kif huwa evidenti minn din is-silta x-xogħol tan-nar jinvolvi ammont sostanzjali ta’ periklu w għalhekk filwaqt li nduru lejn Marija Bambina biex iżżomm ħarsitha fuq id-dilettanti tan-nar, nirringrazzjawhom mill-qalb tal-ħidma li jagħmlu speċjalment lil dawk li jaħdmu b’umilta’ w senza nteressi biex ikabbru l-festa s-sena kolla.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top