Is-Seba’ Sibt għall-Festa 2017

Issa vera wasalna qrib il-Festa fejn tista’ tgħid li f’anqas minn ġimgħa is-soċjetà tibda bl-ewwel attività tagħha tal-Festa bil- BBQ tradizzjonali, nhar il-Ġimgħa 25ta’ Awwissu.

Kif qedin qrib il-Festa illum ser intellgħu feature ieħor mis-sett li kien intwera waqt il-programm mużikali tat-2 ta’ Settembru tal- 2016. F’dan Il-video wieħed jista’ iżegwi dak kollhu li s-soċjetà irnexxiela tbiddel u issebbaħ fil-festa għażiża tagħna tul dawn l-aħħar 27 sena. Ta’ minn jinnota li kien bis-saħħa tas-soċjetà u l-impenn mill-kumitati tagħha li l-festa issir kif nafuha illum.

Is-Soċjetà mhux biss żiedet l-interess ġol-festa imma ukoll kienet pijuniera għal logħob tan-nar tal-art, brijju (li għalkemm bħala banda ilha biss 27sena, il-partitarji tas-soċjetà tagħna biss kienu jagħmlu l-briju nhar is-6 ta’ Settembru meta l-marċ kien jgħaddi min quddiem is-sede tas-soċjetà tagħna, kif ukoll hija l-unika soċjetà li torganizza l-marċ ta’ filgħodu), programmi mużikali dedikati, armar fit-toroq, u kunċetti ġodda, bħal Festa Tfal li din is-sena hija waħda speċjali li fiha ser tintuża għal ewwel darba statwa ġdida mill-isbaħ maħduma min ħadd ħlief Adonai Camilleri Cauchi.

Għaldaqstant segwu dan il-video min hawn, b’muntaġġ ta’ Christian Bianchi, kitba ta’ Mark Mangani.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top