F’anqas min ħmistax-il ġurnata oħra, propju il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu, il-banda tagħna tgħati bidu għal-Festa 2016 b’Akkademja Mużikali ġewwa l-knisja Arċipretali u Arċimatriċi tan-Naxxar. Din il-knisja artitiska hija ġawrha għar-raħal tagħna u għal Malta. Is-Soċjeta tagħna, min dejjem kienet tħobb l-arti u f’kull forma tagħha.
Is-soċjeta’ laqgħat u għada tilqa’ kul forma ta’ arti u tagħmel min kollox biex tkun promotur għalihom, u toffri servizzi biex tgħin jitwettqu u jitkatru. Għaldaqstant, tiġi ovvja li s-soċjeta’ tgħani ruħa bl’arti fis-sede tagħha. Matul dawn l-aħaħr 25 sena is-sede tagħna inbidlet f’palazz kollhu pitturi u skulturi mill-ifjen, li saru b’tant dedikazzjoni min artisti kbar maltin u għawdxin. Kif qed juri dan ir-ritratt li ħejha għal darboħra għalina Christian Bianchi, juri verament ftit min dak kollhu li is-soċjeta tiposjedi fis-sede tagħha.
Nibdew billi nsemmhu l-intrata meravilja tas-soċjeta’ fejn fost l-iskultura mil-isbaħ ta John Muscat, insibu pitturi ta nies promonenti naxxarin kif ukoll b’centru fuq kull naħa li juru l’alla tal-jum u l’alla tal-lejl, xogħol ta Adonai Camilleri Cauchi u zijuh Pawlu Camilleri Cauchi. Din ġiet inawgurata fit-2 ta’ Settembru 2012.
F’dan ir-ritratt insibu ġawrha oħra. L-Arkivju Mużikali. Xogħol fuq l-injam, indurat bid-deheb, żgur li huwa wieħed mill-isbaħ arkivji mużikali li jinsab ġo pajjiżna. Inawgurat fid-19 ta’ Settembru, 1998, maħdum min John Muscat, fuq disinn ta Camilleri Cauchi, żgur li ħa jibqa f’qalbna għal snin twal.
It-tielet parti f’dan ir-ritratt juri il-pittura hekk magħrufa bħala tal-Kavallier. Din il-pittura mil-isbaħ turi id-dominanza tal-Kavallieri fuq il-furbani torok, fir-rebħ tal-Assedju il-Kbir, bl’interċessjoni ta Marija Bambina fl’isfond. Din kienet l-ewwel pittura li kellha is-soċjeta u ġiet mikxufa fl-1992 fuq xogħol ta’ Pawlu Camilleri Cauchi.
Fir-raba parti insibu lill-Malta. Malta ipersonfikata f’mara dominanti, mara vittorjuża. Din tgħamel parti mis-saqaf tas-Sala “8 ta’ Settembru” hu hija iċ-ċentru ta’ din is-sala. Inawgurata mal-ftuħ tas-sala fl’2002, din il-pittura hija xogħol maħdum min Camilleri Cauchi.
Kif għedna, dawn huma verament ftit opri artistiċi li s-sede tagħna hija mogħnija bihom. Min jixtieq jiġi jara dawn il-pitturi u ħafna aktar li mhumiex f’dan ir-ritratt. Is-sede tkun miftuħa għal wiri fiż-żmien il-festa. Aktar dettalji dwar dan, jingħata aktar il-quddiem.
B’arti, rħam w induratura
Opri mill-isbaħ w antikità
Minn skola l-lokal biddilna
F’palazz denju għas-soċjetà
Arkivju uniku f’din il-gżira,
intrata denja w majestuża ,
Is-salott b’damask impitter,
W issa b’koppla inġenjuza
Iżda fost dawn l-ifjen teżori
Żgur li hemm isem il-każin
Kburin ngħidu li msemmija
Għall-għaxqa tan-Naxxarin
(M.Mangani)