Is-Sitt Sibt tal- Vitorja u l’ Antifoni gewwa in- Naxxar

Hekk kif qed wasal is-sitt sibt tal-Vitorja, li ifisser fadal ftit aktar minn 3 gimghat ghal-festa tant ghaziza ghalina, ser nghatu harsa hafifa dwar l’ antifoni gewwa il-parrocca taghna.

Fost il-mużika sagra li tindaqq fil-knejjes tagħna fil-ġranet tal-festa, insibu il-famużi antifoni. Il-Kelma antifona ġejja mill-Grieg u t-tifsira tagħha hija li tirrispondi bil-kant, jew aħjar, talterna u għalhekk din normalment tinvolvi kor. Il-Kliem tal-antifona jkun magħżul minn xi salm jew inkella mill-kitbiet tal-iskrittura. Il-Versi tal-antifona jżommu fihom ħsieb li jindinka lis-semmiegħa l-qofol tal-festivitá li qed tiġi ċċelebrata. Fi ftit kliem, hija tagħti t-tifsira tal-liturġija li tkun qed tiġi ffesteġjata. Għalkemm fil-bidu ħafna mill-antifoni kienu jitkantaw bil-gregorjan, maż-żminijiet ħafna minn dawn bdew jintisġu b’mużika barokka li tgħaxxaq lil kull min ikun qiegħed jisma’.

L-Antifona tan-Naxxar iġġib il-kliem: “Gloriosae Virginis Mariae, ortum dignissimum recolamus, quae et genetricis dignitatem obtinuit, et viginalem pudicitiam non amisit.” Maqluba għall-Malti din tgħid “Niċċelebraw it-Twelid imqaddes tal-Verġni glorjuża Marija, li kisbet il-ġieħ ta’ Omm Alla, bla ma tilfet is-safa’ ta’ xbubitha.” Fil-ġranet tal-festa u fis-sibtijiet tal-Bambina li ninsabu fihom din, tindaqq kontinwament u min hu ntiż fil-mużika sagra jkun qed jistenniha bil-ħerqa.

Fost l-antifoni li nsibu fin-Naxxar, hemm żgur tliet antifoni ddedikati lit-tweid ta’ Marija. L-Iktar waħda popolari hija propju l-antifona bl-isem ‘Gloriosae Virginis’ miktuba minn Dr.Paolo Nani fl-1 ta’ Ġunju 1868, li hija fost l-isbaħ fil-gżejjer Maltin. Paolo Nani kien ġej minn familja b’ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ mużicisti famużi u kien direttur kemm tat-teatru Manoel kif ukoll tat-teatru Rjal. Huwa waqqaf il-Cappella Nani u kiteb ‘il fuq minn 250 biċċa xogħol li l-maġġoranza tagħhom huma sagri.

20140816-092104-33664213.jpg

Tista tisma din il-verzjoni billi taghfas hawn.

Antifona oħra li ma tantx hija magħrufa hija dik miktuba mis-surmast Giuseppe Camilleri iben Ferdinandu li wkoll kien ġej minn familja intiża sew fil-mużika. Ta’ min jgħid li huwa kien maestro di capella fl-arċimatriċi tan-Naxxar għal diversi snin.

20140816-092836-34116791.jpg

Tista tisma din il-verzjoni billi taghfas hawn.

 

Antifona iktar riċenti hija dik komposta mis-surmast Naxxari Mro. Ġuzeppi Fenech. Huwa wkoll kien ġej minn familja li kienet midħla tal-mużika. Huwa għamel diversi snin maestro di Cappella tan-Naxxar u ħalla warajh numru ta’xogħlijiet imprezzabli. Huwa kien surmast Onorarju tal-Banda Vittorja u kien ingħata Ġieh in-Naxxar fl-1997. Fost ix-xogħlijiet li ħalla lis-soċjetá tagħna nsibu r-Responsorji u Ave Maria li kienet fost l-ewwel xogħlijiet li tpoġġew fl-arkivju maestuż tas -soċjetá.

20140816-092727-34047701.jpg

Isma l’antifona tas-surmast Fenech billi taghfas hawn.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top