Is-Socjeta’ u ‘r-Raħal fil-Milied’ 2015

Bħal kull sena l-Għaqda Mużikli Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar ħejjiet diversi attivitajiet sabiex tferraħ lill-membri u lill-visitaturi fil-ġranet sbieħ tal-Milied. Fost dawn, is-soċjetà tagħna se tkun qed tieħu sehem attiv fl-okkażjoni tar-‘Raħal fil-Milied’, attività organizzata mill-kunsill lokali nhar il-5 u 6 ta’ Diċembru 2015. Dawn huma xi ftit mill-inizzjattivi u l-attivitajiet:

It-Tiżjien tal-faċċata u tal-lokal biex joħolqu attmosfera f’dan iż-żmien ta’ festi.

Wirja u kompetizzjoni ta’ presepji. Din il-wirja ser tjun miftuħa għall-pubbliku nhar il-5 u 6 ta’ Diċembru umbad tkompli fit-13 ta’ Diċembru sat-3 ta’ Jannar. Ta’ min jgħid li diversi presepji ser ikunu qed jikkompetu wkoll fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji. Filwaqt li nirringrazzjaw lill-esibituri, minn qalbna nawgurawlhom kull suċċess!

Wirja dwar l-istorja tal-każin Vittorja fil-Milied. F’din il-wirja wieħed jista jammira diversi ritratti u esebiti oħra relatati mal-inizjattivi li l- Każin Vittorja organizza matul iż-żminijiet fil-Milied.

image

image

Bħala fund raising, il-kummissjoni żgħażagħ armat staff fi Vjal ix-xogħol b’ punzjetti u diversi aċċessorji tal-presepji.

Il-Kummisjoni Ċentinarju armt stall b’ħelu tal-Milied.

image

Qed issir ukoll lotterija li l-premju tagħha huwa presepju artistiku maħdum mill-membri tas-soċjetà. Biljetti mill-istalls li jinsabu armati qrib il-bank (BOV) fi Vjal ix-Xogħol. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-kooperazzjoni.

Il-Banda Vittorja u l-allievi ser iddoqq marċi ferrieħa u carols madwar it-toroq Naxxarin nhar illum bejn il-5.30 u 6.30 ta’ filgħaxija.

Filwaqt li nieħdu l-opportunità biex nawguraw il-festi t-tajba lil kulħadd, nħeġġukom biex iżżuru l-lokal u tappoġjawna fl-inizjattivi tagħna sabiex nibdew is-sena ċentinarja b’suċċessi.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top