Is-Surmast ġewwa Berlin

Is-Surmast Direttur tal-banda, Roderick Buġeja, bħalissa qed iddur il-Ġermanja u l-Austria mal-Malta Philarmonic Orchestra f’dak li qed jisejjaħ bħala l- MPO Eurotour.

33687253_10156675198969887_2514335792801775616_n
Is-Surmast Roderick Buġeja waqt il-prova li għamel il-bieraħ ġewwa it-Teatru tal- Berliner Philharmonie. Ritratt minn Facebook

Roderick, li huwa il-prim trumbun mal-istess orkestra qed idoqq ġewwa l-aqwa teatri tal-Ġermanja fosthom: Philharmonie Gasteig, ta Munich, Kurhaus ta Wiesbaden, u Kultur- und Kongresszentrum Liederhalle ta Stuttgart. Il-bieraħ, is-Surmast flimkien mal- MPO kienu qed ikomplu it-tour tagħhom ġewwa Berlin, propju ġewwa it-teatru Berliner Philarmonie, wieħed mill-aktar teatru prestiuġġjużi ġewwa l-Ġermanja. F’dan it-teatru is-surmast kellhu ukoll l-opportunita’ li jgħaddi prova mas-sezzjoni tiegħu. Żgur li dan ser ikun mument mill-isbaħ għas-surmast tagħna u żgur li ħa tkompli tkabbar il-biografija tiegħu b’mumenti mużikali mill-aqwa. 

33745208_10156429220299808_8510698393918504960_n
Ritratt meħud wara l-esekuzzjoni tal-kunċert mil-MPO ġewwa il- Berliner Philharmonie. Ritratt: Kevin Abela

 

L-MPO Eurotour, issa ser iwassal lill-orkestra ġewwa wieħed mill-aktar teatri famużi ġod-dinja, dak tal Musikverein ġewwa Vienna, dak li huwa tant magħruf għal-kunċert tal-ewwel tas-sena. Din ser tkun it-tieni darba li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ser tkun qed idoqq fih.

 

25055musikverein
It-teatru li jmiss fl-MPO Euro Tour – MUSIKVEREIN, VIENNA, AUSTRIA. Ritratt: www.vienna-concert.com

Nieħdu din l-okkażżjoni biex nifirmħu lis-surmast tagħna u lill-kontingent kollhu tal-MPO għal dawn l-aħħar ftit ġranet f’dan it-tour li huwa pass importanti fl-istorja mużikali tagħha kif ukoll għax-xena mużikali Maltija.

 

 

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top