It-13-il edizzjoni tat-Talent Żagħżugħ

Il-Kummissjoni Banda u l-Iskola tal-Mużika George Vella fi hdan l-Ghaqda Muzikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar ha ttella’ ghal darb’ohra il-program Talent Żagħżugħ, nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru, fit-Teatru tal-Oratorju tan-Naxxar.
TZ15

Il-kunċert, huwa showcase tat-talent mużikali u artistiku taż-żgħażagħ tas-soċjeta, speċjalment tal-bandisti u l-allievi, li taħt id-direzzjoni ta’ Christine Dimech joffru spettaklu mill-ikbar.

Maghhom jinghaqdu zghazagh artistici li jibnu u jiehdu hsieb ix-xeneggaturi, dwal u effetti specjali taht id-direzzjoni ta’ Joseph Barbara, Jennings Falzon u Karl Borg. Din is-sena it-tema ha tkun il-Magija. Mistiednin Specjali jinkludu lil kantanta Alexia Agius u lill-kumpanija tad-drama Hoi Polloi taht id-direzzjoni ta’ Marco Calleja Vassallo.

L-organizzaturi jweghdu li bil-muzika maghzula u bl’effetti awdjo-viżivi ikkontrollati minn Ryan Mallia bl-għajnuna ta’ Nexos Lighting u A-Sound, żgur li ħa tkun esperjenza terifikanti minn kull aspett! Il-kunċert ser ikun ippreżentat minn Clifford Galea, bid-direzzjoni logistika ta’ Daniel Vella.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=KViFtUpUB_s&w=420&h=315]

Għal sena oħra dan il-kunċert sab l-appoġġ mill-Agenzija Żgħażagħ, Nexos Lighting, A-Sound, u Neomax Studios kif ukoll minn Fade In Media

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top