It-Tielet Sibt għal-Festa 2016

Għal din il-ġimgħa ser nitkelmu ftit fuq l-istatwa ta’ Marija Bambina li għandha is-soċjeta’ u li din is-sena ser tagħalaq 25 sena fostna. Fir-ritratt ta Christian Bianchi juri dettal ta’ wiċċ din l-istatwa artistika li kienet ġiet ordnata mis-Soċjeta fl-1989 u li tlestiet 1991 propju fil- 75 anniversarju tas-Soċjeta’, xogħol tal-iskultur Micheal Camilleri Cauchi. Din ix-xbieha ta’ Marija Bambina hija waħda mill-isbaħ li hawn fil-gzejjer tagħna, jekk mhux l-isbaħ li soċjeta’ muzikali tiposjedi.

Ta min issemhi ftit faturi ta din l-istatwa u ġrajjietha:

Ir-raġġiera: Din inħadmet min Johnny Muscat fuq ir-raġġiera oriġinali tat-titular tal-paroċċa tagħna

Il-pedestall flimkien mal-puttini izanznu sena wara, iġiefiri fl-1992. Il-pedestall inħadem min Johnny Muscat, min fuq dak oriġinali tat-titlar u l-puttini inħadmu min Michael Camilleri Cauchi.

In-niċċa: In-niċċa saret min diversi nies qrib is-soċjeta imma zgur li wieħed ma jistax ma jinutax id-damask impiter li hemm fiha kif ukoll is-saqaf bhal dak jixbaħ lil-Knisja Parrokjali.

Fejn tintrema għal festa? Fis-7 ta’ Settembru, il-banda takkumpanja din l-istatwa mil-pjazza, għat-trqi tal kazin. Mil-2012 din bdiet issir bdaqq ta innijiet Marjani. Għal amont ta snin din kienet tintrema fil-gallarija tas-sede wara li tkun giet akkumpanjata mil-banda bid-daqq tal-Ave Maria. Mill-2009 din l-istatwa ikollha titellgħa fuq il-pedestall maestuz tagħha bil-kant tal Ave Maria fost folla kbira li tinħemgħa quddiem il-kazin.

Ta min jiftakar ukoll, li propju nhar id- 9 ta’ April 2013, din l-istatwa inħarġet mil-knisja parrokjali ta’ Marsaxlokk, bħala parti min ġbid tal-film malta, ‘Shimshar’.

Bambina ibqa dejjem magħna
f’din l’art kun int it-tama tagħna
Saħħaħna dejjem fit-twemin
Zomm l’għaqda f’qalb in-Naxxarin

(M. Mangani)

 

13817073_1345365185492774_1812236380_n

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top