Wara li nhar l-Ħamis li għadda l-banda kienet impenjata waqt l-ewwel servizz tagħha, bħalissa il-banda tagħna qed teżegwixxi it-tieni servizz tagħha fil-festa ta’ Santissima Trinità Mqaddsa ġewwa l-Marsa. Waqt dan is-servizz il-banda ser tkun qed takkumpanja l-istatwa titulari waqt id-dħul tagħha fit-tempju iddedikat lil-istess xbieha, u wara tagħlaq il-festi b’marċ hekk imsejjaħ marċ tal-aħħar.
Is-servizz li jmiss huwa propjament nhar is-Sibt li ġej, 17 ta’ Ġunju, ġewwa waħda mill-aktar festi popolari mal-Maltin, dik ta’ San Filep ġewwa Ħaż-Żebbuġ, Citta De Rohan. Il-banda mistennija teżegwixxi marċ mat-toroq Żebbuġin u wara teżegwixxi programm fuq il-planċier artistiku tat- 12th May Band and Social Club fil-pjazza Antonio Sciortino. Dan is-servizz jibda għall-ħabta tas-18:30.