It-Tieni Sibt għal-Festa 2018

Reġgħa sebaħ jum is-Sibt, u miegħu jimmarka ġimgħa oħra viċin iċ-ċelebrazzjonijiet għal festa oħra.

Marija Bambina, li tfisser it-twelid ta’ Ommna Marija, hija ukoll ċelebrazzjoni tat-tfal. Is-soċjetà min dejjem kienet pijuniera biex toħloq attivitajiet lit-tfal tar-raħal għażiż tagħna, biex anke huma ikunu inklużi fis-soċjetà u jibdew jitrawmu aktar b’devozzjoni lejn dak kollu li jgħamilna Naxxarin u lejn il-padruna tagħna.

Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, is-soċjeta dejjem rat kif tgħamel dan, bl-aħħar attività tkun dik tal-Festa Tfal. F’din il-ġurnata it-tfal kollha ikunu mistednin għal marċ fejn it-tfal ikunu mistednin jgħamlu l-briju, jerfaw l-istatwa u wara ikunu imħeġġa jattendu għal festin. Kien propju fl-2016 li is-soċjetà tagħna tat bidu għal din l-attività.

Propju f’nhar il-festa ta’ dik is-sena ġiet ippreżentata statwa għal din l-festa għat-tfal maħduma mill-artist Adonai Camilleri Cauchi.

Din is-sena il-Festa Tfal ser issir nhar l-1 ta’ Settembru u nħeġġu lill-kulħadd jġib lit-tfal tiegħu biex flimkien ngħatu ġieħ lil-Marija Bambina bi sħabha, it-tfal tagħna.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top