Bħalissa jinsab għaddej il-proġett bl-isem ta’ “Iż-Żunżana” – proġett li jikkonsisti minn sensiela ta’ kunċerti mtella’ minn ħames għaqdiet mużikali, flimkien mal-bandisti żgħażagħ tagħhom, b’mod konġunt. Ta’ min isemmi li dan il-proġett huwa organizzat mill-għaqda żagħżugħa Band Clubs 4 Youths b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda u ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ taħt l-iskema ‘It-taħriġ mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’.
F’dan ir-rigward, nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju fl-4.00 p.m., proprju f’lejliet Jum l-Omm, ser ikun qed jiġi mtella’ it-tielet kunċert minn din is-sensiela, fis-sala “8 Ta’ Settembru” ġewwa is-sede tas-soċjetà. Dan il-kunċert ħa jkun qed jidderiġieh, il-Viċi President u l-Għalliem tal-istrumenti tar-Ram tas-soċjetà, is-Sur Daniel Vella. Bħala mistieden speċjali ser ikollna lis-Sur Mauro Farruġia. Għal daqstant, inħeġġukom tattendu!
Għal aktar dettalji dwar dan l-avveniment, għafas hawn jew hawn.
