Ilbieraħ, fil-lukanda Golden Tulip Vivaldi Hotel, saret konferenza stampa biex jiġi imniehed il-proġett konġunt bejn tmien każini tal-banda minn Malta u Għawdex. The International Wind & Percussion Festival qed issir bis-saħħa ta fond miksub mill-Aġenżija Żgħażagħ bl-għajnuna tal-Għaqda Każini tal-Baned.
Waqt il-konferenza tkellmu is-Segretarju tal-Għaqda Każini tal-Banda, is-Sur Joseph. C. Azzopardi, ic-Chairman tal-Aġenzija Żgħażaġħ, is-Sinjorina Miriam Theuma, Christine Dimech bħala koordinatriċi tal-Festival, is-Sur Paulino Mifsud, President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Vittoria, Mellieħa bħala rappreżentant tal-Għaqdiet, kif ukoll l-Onorevoli Segretarju Parlamentari Clifton Grima li tkellem fuq l-importanza tal-għaqdiet fis-soċjeta’ u il-bżonn li dawn jiġġedu u jikbru professjonalment biex ikunu aktar ta’ importanza għas-soċjeta’. Tkellem ukoll kif proġett bħal dan ineħħi kull dubju li s-soċjetajiet huma verament għaqdiet ħajja, innovativi u li jippromjovu l-edukazzjoni.
L-Għaqdiet involuti f’dan proġett huma:
- Għaqda Mużikali San Leonardo, Ħal Kirkop,
- Għaqda Mużikali Sagra Familja, Kalkara,
- Għaqda Mużikali San Girgor, Kerċem,
- Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar,
- Għaqda Mużikali San Ġiljan, San Ġiljan,
- Soċjeta Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, Ħal Qormi.
- Soċjeta Filarmonika La Vittoria, Mellieħa,
- 12th May Band & Social Club, Ħaż-Żebbuġ
Dawn l-għaqdiet għaqdu organizzazjoni bejniethom bl-isem ta BandClubs4Youths bl-għan li jiġi użat għal aktar proġetti flimkien fil-futur.