Wasal dak il-jum speċjali. Jum il-ħruġ min-Niċċa, illum uffiċjalment tibda il-festa 2018. M’hemm xejn isbaħ milli f’dan il-jum ningħaqdu bħala Naxxarin f’din iċ-ċelebrazzjoni importanti li twasalna għal-ġimgħa ta ċelebrazzjonijiet ad unur il-padruna tan-Naxxar kollhu u li tagħha is-soċjeta tagħna kburi li jġib isimiha.
Ejjew ningħaqdu lkoll b’għajta waħda biex nilqgħu lill-Ommna Marija illejla fis-7.30pm quddiem il-knisja arċipretali tagħna, u flimkien nkantaw:
Oh Bambina b’fomm imbissem
Hawn madwarek miġburin
Għażilniek b’Patruna b’Ommna
Biex iż-żommna magħqudin
silta mil-Innu Popolari lill-Bambina
Kliem: Dun Victor Xuereb SJ
Mużika: Mro. Christopher Muscat
Infakkru li llum l-għaqda tagħna għanda dawn l-attivitajiet:
NAR- Fit-8.00am u fl-12.00pm: Ħruq ta murtaletti. Fit-7.45pm: Ħruq ta’ salut, Kaxxa infernali murtaleti u murtali tal-kulur. In-Nar huwa maħdum mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda tagħna
Fis-7.30PM – Niltaqgħu bi ħġarna quddiem it-tempju f’Misraħ ir-Rebħa.
Fit-8.30PM – Festa Kick-Off