Qomna mal-ħsejjes sbieħ tal-murtali u murtaletti mid-dilettanti tan-nar hekk kif daqqew it-8 ta’ filgħodu. Għal uħud mil-partitarji il-lejl tal-bieraħ għadu ma spiċċax hekk if kienu qegħdin jonfħu ammont kbir ta’ bżieżaq biex jiksru Malta Record tal-aktar bżieżaq għal waqt il-Marċ ta’ dalgħodu. Fl-istess ħinl-artist Adonai Camilleri Cauchi qalilna li l-aħħar statwa tal-pedestal issa ġiet kompluta minn kollox u lesta biex tiżanżan, għaldaqstant grupp irġor mis-soċjeta’ bħalissa jinsabu fit-trqithom lura għan-Naxxar bl-istatwa ta’ De Valette. Issa jmiss biex fl-10am tibda carcade minn ħdejn Scotts Supermaket għal każin b’din l-istatwa, fejn ukoll wara hemm il-preżentazzjoni mill-Malta Records, waqt li l-marċ ta’ filgħodu ikun resaq qrib il-pjazza.
Il-lejla, il-banda terġa tilqa għal sena oħra il-vara titulari ħdejn is-sede tas-soċjeta’ b’daqq ta’ innijiet mil-bandisti tagħħha għal ħabta tad-9:15pm.
Marija Bambina,
minn qalbna nagħtuk ġieħ,
mal-banda Vittorja,
f’dal jum tassew sabiħ.
Int l-għaxqa ta’ qalbna,
u bik lkoll kburin,
Bierek il-banda tagħna,
u l-qlub tan-Naxxarin.
Silta mil-Innu Marcia Vittoria Kliem: George Bianchi
Il-President u l-Kumitat flimkien mal-Kummisjonijiet fi ħdanu jixtiequ jawguraw il-Festa t-tajba lill Kulħadd.
Viva Marija Bambina
Viva il-banda li jġib isimha u ġrajietha!