Illum huwa jum insinifikanti imma ta importanza kbira! Jum li fih jingħata bidu għax-xahar li fih ġiet minquxa l-istorja tar-reliġjon tagħna u ta’pajjiżna. Huwa il-jum li fih nagħatu bidu għal-ġimgħa tal-festa għażiża tagħna. Il-jum li fih nibdew noffru dak kollhu li ħdimna għalih matul is-sena. Sena li tkun mimlija sagrifiċċji u impenji biex nkunu nistgħu niċelebraw dawn il-jiem li jwassluna għal -aktar jum importanti… il-Jum tat-8 ta’ Settembru, Jum il-Vitttorja, Jum il-Bambina!
Bħala soċjeta aħna ferm kburin li inġibu dawn iż-żewġ ismijiet, u b’umilta’ niproteġġu dak kollhu li jagħmilna Naxxarin.
Hawn taħt ija silta mil-Kantata tant għal qalb is-soċjeta’ li ukoll kienet ħolma tal-wisq mibki President Emeritus, is-Sur Anthony Catania. Fuq kliem ta’ Dun Anton Sciberras u mużika ta Ray Sciberras:
Settembru tal-Vittorji
Settembru ta Marija
Int xahar ghaziz ghalina
Grajjietna bik mimlija