Jum l-Ewwel Tridu

Qomna għal-ewwel jum ta’ Tridu! Huwa jum importanti ħafna għax fiħ nibdew l-aħħar mixja għal-Jum il-Festa. Illum il-Knisja tibda it-tlett tijiem ta’ Tridu fejn għal dawn il-jiem, fis-7:15pm tibda l-funzjoni fejn fost l-oħrajn tindaqq l-Antifona.

wpid-wp-1409864821714.jpg

Huwa il-jum fejn il-Banda tagħna idoqq marċi madwar in-Naxxar u li jispiċċa quddiem il-knisja. It-Toroq huma: Triq Santa Luċija, Fran, Vjal il-21 ta’ Settembru, Triq l-Għenieq, madwar il-Bini tal-Gvern u s-Sgħajtar, 21 ta’ Settembru, l-Ifran, Sta. Luċija u l-Pjazza. Wara jinħaraq in-nar tal-Art fil-pjazza mid-dilettanti tan-nar tal-għaqda.

Il-Marċ jibda fit-20:30 min quddiem il-kazin. Il-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top