Jum l-Għid 2019

Illum f’nhar il-festa tal-Għid, nixtiequ nirringrazzjaw lir-Rev. Arċipriet Dun David Gauci, lis-sagristan Godwin Gauci u lill-helpers tiegħu, lill-Kumitat tal-Ġimgha Kbira Naxxar, lill-kor Jubilate Deo Choir talli anima ċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja, lis-Sindku AnneMarie Muscat Fenech Adami u lill-kunsilliera tan-Naxxar, lill-pulizija, lis-surmast Roderick Bugeja u lill-bandisti Vittorjani, lill-membri taż-żewġ kumitati tal-każini tal-banda u tal-kummissjonijiet rispettivi tagħhom, u lil kull min kien involut biex iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa setgħu kienu possibli.

Illum, il-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja stieden lill-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali Peace u lis-sinjura Sindku għal drink ġewwa il-bottegin tal-każin, x’ħin il-vara ta’ Kristu Rxoxt waslet quddiem is-sede tas-soċjeta’.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, nixtiequ nirringrazzjaw lill-artist Naxxari Jennings Falzon tal-wirja artistika li ttellgħet fis-swali tas-soċjeta’ u lil dawk kollha li tellgħu wirja f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top