Kollox lest għall-programm mużikali tal-lejla

Kollox jinsab lest għal program mużikali tal-lejla. Program li ħa jqolqot il-gosti ta’ kulħadd mimli b’mużika mill-isbaħ. Bħal ta’ kull sena s-surmast direttur, Mro. Roderick Buġeja, ipprepara programm li ser ikun milqugħ tassew min dawk kolha li ser jattendu il-lejla. Bħal kull sena f’dan il-program jospitta bandisti tal-post biex juri it-talenti tagħhom. Din is-sena, il-bandist mużiċist bravu Mark Azzopardi, ser ikun qed jeżegwixxi silta mużikali bħala virtuoso mal-banda, kif ukoll il-kantanta u mużiċista tas-soċjeta’ Alexia Agius ser tkun qed tinterpritta kanzunetta mil-isbaħ bil-vuċi sabiħa tagħha.

11949332_10153626932798566_5794365404603908943_n
Ritratt: Jurgen Attard

Waqt dan il-kunċert tal-lejla ser ikun hemm ukoll xi sorpriżi li l-kumitat ħejha għal festi li ġejjien!

Il-banda ser kun taħt t-tmexxija tas- Surmast Direttur tagħha Mro. Roderick Buġeja.

Bħal kull sena dan il-kunċert ser jitella ħdejn il-kappella ta’ Santa Luċija u jibda fit-20:30 Kulħadd huwa mistieden li jsib postu sat-20:15.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top