Fil jiem Sagri tal- Ġimgħa Imqaddsa u dik li tipreċediha, is-Soċjeta’ ser tkun qed itella’ Wirja ta Arti Sagra mill-artist Naxxari, Jennings Falzon. Din ser tinfetaħ nhar it-Tnejn, 19 ta’ Marzu wara Kunċert mill-Banda Vittorja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja. Il-program ser ikun ipprezntat mis-Sur Joseph Chechuti b’interventi spiritwali tal-Wisq Refeverndu Arcipriet, Dun David Gauci.
Għaldaqstant kulħadd huwa mistieden biex jattendi għal kunċert u l-ftuħ tal-wirja, bl-attivitajiet jibdew fis-18.30.
Għal aktar taghrif dwar il-ħinijiet tal-Wirja itħol hawn.