Kors interessanti u l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu min-soċjetajiet mużikali fuq id- disinn u xenografijja għal fuq il- palk. Dan ħa jkun indirizzat għal dawk iż -żgħażagħ u l-adulti kollha min eta ta madwar 15 sa 30 sena. Bażikament, dan il-kors se jkun strutturat b’mod illi l- prodott finali li jkun krejat mil parteċipanti jkun armat bħala parti mix-xenografija fil- kunċert tat- Talent Zaghzugh fis –Sala tal- Oratorju gewwa Naxxar. Għaldaqstant, ix-xogħol ħa jkun ibbażat fuq l-istess tema tal- kunċert li ħa jkun magħmul fuq skala kbira. Din l-opportunita ħa tgħin lil dawk kollha il iridu ikunu kreattivi u jesperjenzaw materjali u tekniki diversi.
Primarjament is-sessjonijet se jkunu iffukati fuq kif għandu jsir il process mil -bidu sa tmiem li twassal għax xenografija finali għal fuq il-palk. Matul dan il- kors il-parteċipanti se jiffamiljarizzaw ruħhom u jitgħallmu jaħdmu bħala team wieħed u jaqsmu l-opinjonijet u l-idejat biex ikun hemm id-disin b’saħħtu, deċizzjonijiet , atmosfera u tqassim tajjeb. Se jitgħallmu u jesperimentaw tekniki differenti bħal qtuħ ta forom u tfassil fuq l- injam, kartapesta, id-disin, tpenġija, sfumar biż-żeba u aktar, fuq diversi materjali. Permezz ta din l’esperjenza se jżidu it-tagħrif rigward xirrikjedi u xjinvolvi x-xogħol, kif ukoll ikunu ukoll iżjed kunfidenti bl-għażla ta materjali magħżula waqt il-proċess tax- xogħol.
Il Kors se jkun mifrux fuq tmien ġimgħat ( 8 sessjonijet) għal matul ix- xhur bejn Settembru u Novembru. Min hu interessat, jista’ jirreġistra hawn taħt..
Għal aktar informazzjoni tista’ ukoll tikkuntattja lil Jennings Falzon fuq : 99872860
L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħin għal dawk iż-żgħażagħ u adulti bejn 15 u 30 sena u se jintlaqgħu abbażi ta first come first served minħabba li l- postijiet huma limitati. Il-lezzjonijiet se jibdew fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, għaldaqstant l-aħħar ġurnata li fiha se jkunu aċċettati l-applikazzjonijiet hija nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju.
Dan il-kors huwa parti mil-proġett “Gathering Youths through Arts”, grazzi għal-fond mill-Kommunitajiet Kreativi fi’ ħdan l-Kunsill tal-Arti, Ġunju 2018.
Is-sessjonijiet ta siegħa ser issiru f’dawn il-ġranet ta hawn taħt u ser issiru bejn l-6:00pm u l-7.00pm
Settembru: 26
Ottubru: 3, 10,17,24,31
Novembru: 7,14
[contact-form to=”banda@bandavittorjanaxxar.net”][contact-field label=”Name” type=”name” required=”1″ /][contact-field label=”Email” type=”email” required=”1″ /][contact-field label=”Numru tal-Mobile” type=”text” /][contact-field label=”Informazzjoni Medika” type=”textarea” required=”1″ /][contact-field label=”Eta'” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Ġenitur/Gwardjan Legali (jekk taħt it-18-il sena)” type=”text” /][contact-field label=”Numru tal-mobile tal-Ġenitur/Gwardjan Legali” type=”text” /][/contact-form]