Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bil-kors fuq ix-xenografija teatrali, din is-sena ser isir kors fuq għaxar ġimgħat għal addoloxenti bejn 10 u 16-il sena fuq l-immudellar ta’ presepju artistiku, mill-artist Naxxari Jennings Falzon.
Jennings Falzon huwa rebbieħ ta’ diversi premijiet artistiċi fuq livell nazzjonali u dan l-kors ser jgħin biex propju nħeġġu aktar żgħażagħ jinvestu l-ħin tagħhom fl-arti.
Kull sessjoni ddum madwar sagħtejn bejn il-5:30pm u s-7:30pm.
Kull sessjoni tiswa €10 u l-materjal ikun provdut.
L-ewwel sessjoni ser issir nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ottubru ġewwa l-każin.
Applika hawn taħt biex tkun tista tattendi dan il-kors.
Għal aktar informazzjoni ċemplu lil John Paul Muscat fuq 79906652.
[contact-form to=”info@bandavittorjanaxxar.net”][contact-field label=”Isem u Kunjom ” type=”name” required=”1″ /][contact-field label=”Email” type=”email” required=”1″ /][contact-field label=”Data tat-Twelid” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Isem u Kunjom tal- Gwardjan Legali” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”ID Card tal-Gwardjan Legali” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Numru tal-mobile tal- Gwardjan Legali” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Nifhem u naċċetta li din l-informazzjoni hija tajba. Ngħati ukoll id-dritt li jintuża kull ritratt li jitieħed waqt is-sezzjonijiet kif ukoll fl-esebizzjoni finali fejn l-istudent jiġi jidher, biex ikun jista’ jiġi użat b’mod pubbliku.” type=”checkbox” required=”1″ /][/contact-form]