Bħala parti mill-proġett, “Gathering youths through Arts”, ser issir kors tal-Arti għal matul is-Sajf mas-Sur John Paul Muscat (għalliem tal-Arti). Dan il-kors li se jkunu qiegħed isir fis-soċjeta’ tagħna stess u se jkun miftuħ għal dawk it-tfal li telgħin fil-ħames u s-sitt sena tal-Primarja (8 -10 snin). Primarjament, dawn il-lezzjonijiet tal-Arti se jgħinu lill-istudenti jkunu kreattivi billi jħarsu lejn l-Arti minn perspettiva differenti.
Il-lezzjonijiet se jkunu maqsumin b’ tali mod li xi xogħlijiet finali magħmulin mill-istudenti li jattendu dan il-kors se jkunu esebiti fis-Sala tal-Oratorju dakinhar tal-Kunċert tat-Talent Żagħzugħ. Dan se jsir minħabba l-fatt li ċerti lezzjonijiet se jkunu bbażati fuq l-istess tema li se jkun ibbażat dan il-kunċert annwali mtella’ mill-banda żagħżugħa tagħna.
Il-lezzjonijiet se jiffukaw fuq xogħol 2-D bħal tpinġijiet u pitturi u dak 3-D bħall-immudellar bit-tafal fost l-oħrajn. Matul dan il-kors ta’ 8 lezzjonjiet, it-tfal se jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ u jitgħallmu jħaddmu materjali artistiċi differenti bħall-watercolours, wax crayons, tpenġija u sfumar bil-lapes u anke bil-kuluri tal-lapsijiet, kif ukoll immudellar bit-tafal u materjali oħra. Barra minn dan, l-istudenti se jitgħallmu jħaddmu u jesperimentaw ukoll b’numru ta’ tekniki differenti. Permezz ta’ dawn il-lezzjonijiet, li se jkunu ispirati minn artisti u perjodi artistiċi tradizzjonali, l-istudenti se jsiru jafu wkoll fuq xi artisti tradizzjonali bħal Leonardo Da Vinci, dawk kontemporanji bħal Pablo Picasso, Wayne Thiebaud u Romero Britto, kif ukoll dawk lokali bħal Gabriel Caruana u Sina Farrugia Micallef.
Il-Kors se jkun mifrux fuq tmien ġimgħat (8 sessjonijiet) għal matul ix-xahar ta’ Lulju u dak ta’ Awwissu.
Min hu interessat, jista’ japplika l-applikazzjoni online li qeda hawn taħt.
Għal aktar informazzjoni tista’ ukoll tikkuntattja lil John Paul Muscat fuq: 79906652
L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħin għal dawk il-ġenituri/gwardjani li għandhom it-tfal telgħin fil-ħames u s-sitt sena tal-Primarja (Year 5 u Year 6) u se jintlaqgħu abbażi ta’ first come first served minħabba li l-postijiet huma limitati.
Il-lezzjonijiet se jibdew fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju, għaldaqstant l-aħħar ġurnata li fiha se jkunu aċċettati l-applikazzjonijiet hija nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju.
Dan il-kors huwa parti mil-proġett “Gathering youths through Arts”, grazzi għal-fond mill-Kommunitajiet Kreativi fi’ ħdan l-Kunsill tal-Arti, Ġunju 2018.
Is-sessjonijiet ta siegħa ser issiru f’dawn il-ġranet ta hawn taħt u ser issiru bejn l-4:00 u l-5.10pm
Lulju | Awwissu |
Ħamis 5th | Ħamis 2nd |
Ħamis 12th | Ħamis 9th |
Ħamis 19th | Ħamis 16th |
Ħamis 26th | Ħamis 23rd |
IMLA L-APPLIKAZZJONI T’ HAWN TAĦT
[contact-form to=”banda@bandavittorjanaxxar.net”][contact-field label=”Isem u Kunjom l’Applikant” type=”name” required=”1″ /][contact-field label=”Email” type=”email” required=”1″ /][contact-field label=”Numru tal-Mobile tal-Applikant” type=”text” /][contact-field label=”Informazzjoni Medikali” type=”textarea” /][contact-field label=”Isem il-Gwardjan Legali” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Kuntatt tal-Gwardjan Legali” type=”text” required=”1″ /][contact-field label=”Eta’ tal-applikant” type=”text” required=”1″ /][/contact-form]