Il-Kummissjoni Nar tas-soċjetà tagħna għadha kif ġiet konfermata bħala r-rebbieħa tal-Kategorija tal-Aqwa Mekkaniżmu u t-tieni overall fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat ta’ din is-sena!
Grazzi kbira lid-dilettanti tan-nar tagħna li ħadmu bi ħġarhom għal dan il-festival u kisbu dan it-tragward sabiex għal darb’oħra iġibu unur ieħor lejn is-soċjetà tagħna u kif ukoll lejn ir-raħal għażiż tagħna.
Nawguraw ukoll lil Kummissjoni Piroteknika STA. Katarina v.m Banda Zejtun għar-rebħ ta’ dan il-festival.
Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju, ser isir Red Gathering fil-bottegin tal-każin bħala ċelebrazzjoni ta’ dan l-unur. Id-dħul huwa b’xejn u ser jiġi offrut ukoll finger food. Kullħadd imħeġġeġ jiġi bil-flokkijiet tal-festa ħomor!



