Kummissjoni Żgħażagħ Vittorjani 2023-2024

Bħalissa qed jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jkunu parti mill-Kummissjoni Żgħażagħ għas-sena 2023-2024. Ta’ min isemmi u jfaħħar ix-xogħol li tagħmel din il-Kummissjoni minn wara l-kwinti sena sħiħa, sabiex ikollna festa mill-aqwa f’Settembru.

Għal daqstant, kull min huwa membru tas-soċjetà u għandu ‘l fuq minn 16-il sena, u interessat li jissieħeb maż-Żgħażagħ Vittorjani, jista’ japplika hawnhekk sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 29 ta’ Settembru, 2023.

 
 

Scroll to Top