Bħal ta kull sena għal dawn l-aħħar snin, nhar it-2 ta’ Settembru jimmarka jum li fih il-banda tagħna teżegwixxi wieħed mill-aqwa kunċerti min banda waqt festa ġewwa Malta u Għawdex. Din is-sena, dan il-Kunċert ser jieħu żvolta oħra hekk kif ħa jkun alternat ma feature magħmul apposta mas-siltiet magħżulha u li jillustra siltiet mill-istorja ċentinarja tas-soċjeta tagħna.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Roderick Buġeja il-banda ser tkun qed teżegwixxi kunċert varjat u ta livell għoli li il-banda tagħna magħrufha għalih.
Wara li jisppiċċa dan il-kunċert, li ser ikun taħt il-patronċinju tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, president tar-repubblika ta’ Malta, l-istess president ta’ Malta ser tkun qed tinawgura bandolara kommemorattiva, il-publikazzjoni tal-ktieb “Mitt sena ta’ Storja” u irħama ċentinarja.
Għaldaqstant nistiednu lill kulħadd jkun f’posthu fit-triq Santa Luċija fit-8.00pm biex b’hekk il-kunċert ikun jista jibda fil-ħin stipulat, dak tat 8:15pm