L-Aħħar Jum tat-Tridu

Jum is-6 ta Settembru, jum importanti u għal qalb ħafna is-soċjeta’ tagħna. Kien propju għal din il-ġurnata li is-soċjeta’ tagħna iddeċidiet li tiftaħ il-banda għażiża tagħna.

Jum l-aħħar Tridu huwa l-jum fejn is-soċjeta’ tagħna tagħmel l-akbar marċ tagħha u dak ġewwa n-Naxxar, bi briju u spetaklu mil-aqwa u wara spettaklu ieħor tan-nar tal-art mekanizzat wara li aktar kmieni fil-ġurnata u mal-lejl ikunu inħarqu sett murtali mid-dilettanti tan-nar.

Għaldaqstant il-program tal-illum huwa hekk: 8:00am u f’12:00pm Ħarqa ta murtali u murtaletti, fit- 8:30pm il-banda tibda il-marċ min ħdejn il-kappella ta San Ġwann. Fid-9.00pm jibda jinħaraq sett ta murtali u murtali tal-kulur. Fl’10.30 pm il-banda tasal quddiem il-każin, fil-11.30 pm il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu hekk kif jitħol f’Misraħ ir-Rebbħa sa nofsilejl.  F’nofsilejl tibda il-ħarqa nar tal-art mekanizzat.

Segwu il-paġna ta Facebook għal live streaming https://www.facebook.com/bandavittorja/

wp-image--1302447691

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top