Il-Bieraħ saret il-prova ġenerali għal program mużikali li ser issir għada wara l-kappella ta’ Santa Luċija fit-Triq Santa Luċija. Program li għal dawn l-aħħar snin sar marbut sew mal-Festa, u jgħati il-bidu mużikali għal-Festa 2015 għal-banda tagħna.
Dan il-program, li illum sab postu mal-aqwa programmi mużikali tal-festa li jsiru tul l-istaġun tal-festi, huwa wieħed segwit min ħafna Naxxarin hekk kif joħonqu il-pjazzaetta għal serata mużikali mil-aqwa.
Din is-sena, is-Surmast Direttur, Mro. Roderick Buġeja, reġgħa ħaseb biex iżewwaq program b’mużika mill-isbaħ, impenjattiva u li tgħodd għal widna ta’ kulħadd. Insemgħu ukoll li għal-ewwel darba il-bandist mużiċist żagħżugħ Mark Azzopardi ser jesebixxi it-talent tiegħu fuq is-Sassofonu għal-ewwel darba bħala solista f’dan il-program.
Ma jonqosx li f’dan il-program ser ikun xi sorpriżi li żgur li ser iferħu lill dawk preżenti!
Għaldaqstant nistiednu lill-kulħadd biex tingħaqdu magħna għada, l-Erbgħa 2 ta’ Settembru, fit-Triq Santa Luċija, fit-20:15.