L-Assistent Surmast Direttur, Christine Dimech flimkien ma tlett iħbieb oħra fosthom il-mara tal-għalliem tal-istrument tar-ramm, Nancy Portelli Vella, ser ikunu qedin jitilaw l-muntanja Ben Nevis ġeww l-iSkozja fil-bidu ta’ Awwissu li ġej.
Christine, flimkien ma sħabha mil- Malta Peakers (#MaltaPeakers) ser jitilgħu din il-muntanja li fiha 3000 pid il-fuq mil-art u iddum xejn inqas minn 4sieghat biex titlaha ser ikunu qedin jghamlu dan biex jiġbru għotjiet ta flus lill-Bloodwise li hija għaqda biex jinġabru flus għar-riċerka tal-mard bħal lukimja, lymphoma u mard ieħor relatat mad-demm.

Il-flus qegħdin jinġabru mis-sit Just Giving u kul min jixtieq jghati id-donazzjoni tieghu jista jghamel; billi jithol f’dan il-link https://www.justgiving.com/fundraising/maltapeakers-conquer-ben-nevis.
Nistidnukom tinghaqdu ma Christine f’dan il-att daqsekk nobbli u ngħinu biex tinġabar is-somma mixtieqa.
Christine, min hawnhekk nixtiequlek kull suċċess lilek u lill kulmin ħa jkun miegħek f’din l-avventura!
