L-Ewwel Jum tat-Tridu – Il-Jum taż-Żgħażagħ

Għal dawn l-aħħar snin, il-jum tal-Ewwel Tridu sar sinonimu maż-Żgħażagħ Vittorjani. Dan għaliex f’dan il-jum sirna naraw il-frott tax-xogħol li tgħamel il-Kummissjoni Żgħażagħ matul is-sena. Bħal-lum l-ewwel nibdew b’ marċ fejn sena wara sena il-briju ta’ dan dejjem qed jiżdied, umbagħad wara bl-għajnuna tad-dilettanti tan-nar tas-soċjetà tagħna, isir il-‘Victory – PyroMusical Show’ – xow sinkronizzat mal-mużika tal-aqwa livell.

B’dispjaċir kbir din is-sena, kemm-il marċ kif ukoll il-ħarqa nar tal-art ta’ wara u x-xow eċċezzjonali li kellna preparat, ma setgħux isiru minħabba l-pandemija li pajjiżna flimkien mad-dinja għaddejjin minna. F’jum bħal tal-lum, kull ma wieħed jista’ jgħamel huwa li jħares lura u jitpaxxa bil-kapulavuri li saru miż-Żgħażagħ fis-snin preċedenti, filwaqt li jittama li din is-sitwazzjoni ngħaddu minnha kemm jista’ jkun malajr ħalli s-sena d-dieħla nerġgħu nibdew ingawdu x-xogħol u l-kwalitajiet ta’ din il-kummissjoni. Filfatt hawnhekk tistgħu ssegwu l-‘Victory PyroMusical Show’ li tellgħu ż-żgħażagħ bl-għajnuna tad-dilettanti tan-nar, is-sena l-oħra.

Minkejja dan, illejla għandna programm mimli ieħor imħejji, li ser ikun imxandar mill-5:00 p.m. ‘il quddiem direttament fuq il-Facebook Page tas-soċjetà, sabiex niċċelebraw u nfakkru x-xogħol taż-żgħażagħ kif ukoll tad-dilettanti tan-nar tal-ajru. L-iskeda tal-programm hija hekk:

  • Programm ta’ marċi rrekordjati mill-Banda Vittorja
  • Diskussjoni u tgħarif dwar il-Kummissjoni Żgħażagħ, in-nies u l-ħidma tagħhom
  • Diskussjoni u tgħarif mad-Dilettanti tan-Nar, in-nies u l-ħidma tagħhom bies isir in-nar tal-ajru
  • Filmat – Il-Marċ taż-Żgħażagħ u l-Ħruq tan-Nar

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top