Bi ħġarna illum, in-Naxxarin jghati bidu għal-aħħar mixja lejn il-jum tant speċjali. Illum huwa jum l-ewwel tridu. Fil-knisja Arċipretali tan-Naxxar il-lejla ikun hemm l-funzjoni tal-ewwel tridu b’quddiesa, u barka sagramentali li tibda fis-18:30.
Għal ħabta tat- 8:00 il-dilettanti tan-nar jibdew jaħarqu l-ewwel sett ta’ murtali hekk issir ukoll f’nofsinhar fejn imbad għal ħabta tad-9:00pm jinħarqu sett ta’ murtali tal-logħob u tal-kulur.
Fit-8:30pm il-banda tibda marċ min quddiem il-każin u tmur lejn il-housing estate tas-sagħjtar fejn terġa’ tkun quddiem il-kazin għal ħabta tal-10:30pm. Fil-11:00pm il-banda li tkun akkumpanjata mil-brijju taż-żgħażagħ jasal fil-pjazza fejn jispiċċa għal ħabta tal- 11:30pm.
Wara jinħaraq in-nar tal-art kif ukoll spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika bl-isem ta’ The Pyro Musical Show.
L-aħħar parti tal-marċ kif ukoll in-nar tal-art ser ikunu qed jiġu trasmessi livell min fuq il-paġna ta’ Facebook tas-soċjetà.