Reġgħa wasal il-jum li fih nibdew l-aħħar mixja tagħna li twassalna għal-Festa oħra ad unur il-Padruna tagħna Marija Bambina. F’dan il-jum hekk importanti jibda jara ir-raħal tant għażiż tagħna jilbes il-libsa għal-festa, fejn il-bnadar fuq l-arbli tad-djar naxxarin jibdew jitellgħu bi kburija u b’entużjażmu.
F’dan l-ewwel sibt xtaqna ukoll nghatu ġieħ lill-Ommna Marija Bambina, billi, bil-kitba tal-kompożittur Naxxari Joseph Fenech, nisimgħu l-Ave Maria. Din il-mużika hija ikonika għalina in-Naxxarin u maħbuba min ħafna parruċani. Fil-funeral tas-Surmast Fenech,fl-2010, iż-żewġ baned ingħaqqdu u flimkien daqqejna din is-silta hu u dieħel fil-knisja għal-quddiesa. Kien mument emozzjonanti ħafna kemm għal familjari kif ukoll għaż-żewġ għaqdiet. Min jaf, forsi fil-futur, nerġgħu ningħaqdu flimkien f’mument aktar feliċi. Dan nawgurawh min qigħ qalbna għal l-aħjar ta raħalna.
L-Ave Maria ta’ Fenech, tindaqq regolari fiż-żmien il-festa mil-kor Jubilatee Deo taħt id-direzzjoni tal-maestro di Cappella, Chris Muscat. Il-vide li qedin intellgħu ma dan l-artiklu hija propju interpretazzjoni tagħhom waqt kunċert li tellgħu flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta Malta lura 2014 ġewwa il-Kon Katidral iddedikat lill San Ġwann ġewwa il-Belt Valletta.
Min naħa l-oħra, il-banda tagħna daqqet din is-silta diversi drabi fil-kunċerti tagħha, fosthom fil-premier li sar tal-Kantata Bi Twelidek Rebbaħtna, kif ukoll qedgha fl’album li jġib l-istess isem li sar 14-il sena ilu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal 15-il sena mit-twaqqif tal- banda. Din is-sena din is-silta ser tkun qed tindaqq f’waħda mill-attivitajiet tal-banda fiż-żmien il-festa. Aktar informazzjoni il-quddiem.
https://www.youtube.com/watch?v=huE3aZQBKhQ