Marzu ġab miegħu żewġ titli għal l-iljuni iż-żgħar tan-Naxxar Lions hekk kif nhar il-Ħadd 11 ta’ Marzu it-team l-Under 15’s tan-Naxxar Lions rebħu l-kampjonat tas-Section C, filwaqt li propju il-bieraħ l-Under 17’s ġew inkurunati ir-rebbieħa tas-Section E u għalhekk ġew promossi għal Section D.
Is-soċjeta’ tifraħ lill dawn iż-żgħażagħ li qed ikomplu ikabbru l-isem tar-raħal tagħna u nawgurawlhom kull suċċess fil-ġejjieni.
Għal darboħra, Proset Lions.

