Laħam taż-Żiemel Delivery Night mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu, ser tiġi organizzata Laħam taż-Żiemel Delivery Night miż-żgħażagħ tas-soċjetà, fejn l-ikel kollu ser jiġi mqassam by delivery fid-djar, skond il-miżuri mposti mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-sitwazzjoni preżenti.

Min jixtieq, ser ikun hemm ukoll tiġieġ minflok żiemel. Għal donazzjoni ta’ €15, ser jitqassmu wkoll deżerta u soft drink. Ser ikun hemm ukoll għażla ta’ Burger għal donazzjoni ta’ €10.

Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma Sarah Agius fuq 99282476.

Poster – Jake Cachia

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top