Nhar il-Ġimgħa 21 t’Ottubru mis-7:30 p.m. ‘il quddiem, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed torganizza ikla Laħam taż-Żiemel ġewwa l-bottegin tal-każin.
Min jixtieq, ser ikun hemm ukoll tiġieġ minflok żiemel. Għal donazzjoni ta’ €18, ser jitqassmu wkoll appetizers u deżerta. Għat-tfal, ser ikun hemm ukoll l-għażla ta’ Chicken Nuggets għal donazzjoni ta’ €8.
Wieħed jista’ jagħmel l-ordni tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Jeremy Bellia fuq 79000389.
