Lejla Maltija fi Triq Santa Luċija

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju, ser issir Lejla Maltija fi Triq Santa Luċija, quddiem is-sede tal-każin – attività oħra organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-soċjetà tagħna.

F’din l-ikla ser ikun hemm għażla ta’ Timpana jew Lasagna għall-ewwel platt, wara buffet mimli b’varjetà kbira ta’ ikel Malti fosthom qarnit, kirxa, bigilla, ġbejniet u zalzett tal-Malti fost oħrajn, u fl-aħħar deżerta għal wara – kollox għal donazzjoni ta’ €18.

Għal donazzjoni ta’ €8, għat-tfal għandna l-għażla ta’ Nuggets bic-chips.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Jeremy Bellia fuq 79000389.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top