Lejla Maltija fi Triq Santa Luċija

Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju, ser issir lejla Maltija ġewwa t-triq ta’ Santa Luċija – attività oħra organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-soċjetà tagħna.

F’din l-ikla ser ikun hemm għażla ta’ Lasagne jew Timpana għall-ewwel platt, wara buffet mimli b’varjetà kbira ta’ ikel Malti fosthom qarnit, kirxa, bigilla, ġbejniet u zalzett tal-Malti fost oħrajn, u fl-aħħar deżerta għal wara – kollox għal donazzjoni ta’ €15.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed jew waħda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħeġġiġkom tattendu ħalli għal darb’oħra ngħinu liż-żgħażagħ Vittorjani jkompli jkabbru l-festa ad unur Marija Bambina!

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top