Lejla Maltija mill-Kummissjoni Żgħażagħ

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Mejju, ser issir Lejla Maltija fil-Bitħa tal-Oratorju – attività oħra organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-soċjetà tagħna.

F’din l-ikla ser ikun hemm għażla ta’ Timpana jew Lasagna għall-ewwel platt, wara buffet mimli b’varjetà kbira ta’ ikel Malti fosthom qarnit, kirxa, bigilla, ġbejniet u zalzett tal-Malti fost oħrajn, u fl-aħħar deżerta għal wara – kollox għal donazzjoni ta’ €18.

Għat-tfal, ser ikun hemm ukoll l-għażla ta’ Burgers jew Chicken Nuggets għal donazzjoni ta’ €10 jew €8 rispettivament.

Wieħed jista’ jirriżerva post kif ukoll l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew inkella direttament ma’ Jeremy Bellia fuq 79000389.

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Scroll to Top