Lejlit Lejlietha – Jum il-Marċ il-Kbir

Kulħadd jaf kemm huwa importanti l-jum tal-aħħar tridu għas-soċjetà u l-banda tagħna. Dan peress li proprju minħabba il-marċ li jsir bħal-lum, li l-Banda Vittorja taf il-bidu tagħha. Kien proprju f’dan il-jum madwar 34 sena ilu, li s-soċjetà ħadet deċiżjoni li twaqqaf l-apatija ta’ dak iż-żmien u tgħamel dak li ħaddieħor ma baqax jgħamel, dik li tkun soċjetà li tkabbar u tindokra l-festa ad unur Marija Bambina. Mhux ta’ b’xejn li il-marċ ta’ lejlit lejlietha, huwa l-iktar wieħed imfittex u meqjus bħala l-ikbar wieħed fil-belt tagħna n-Naxxarin!

Wara l-Marċ il-Kbir, id-dilettanti tan-nar tas-soċjetà tagħna dejjem raw kif għamlu biex itellgħu esebizzjoni ta’ nar tal-art mekkanizzat u sinkronizzat mal-mużika li tikkumplimenta sew dan il-marċ. B’wiċċna minn quddiem ngħidu li sena wara sena, id-dilettanti tan-nar tagħna dejjem tellgħu esebizzjoni ta’ nar li paxxiet lil kull min ikun fil-pjazza tan-Naxxar. Mhux ta’ b’xejn li s-6 ta’ Settembru sar jum kbir fil-festa Naxxarija li jattira lil kull dilettant tal-festa.

Il-programm tal-lum fl-iskeda tal-Festa Virtwali 2020, ser ikun marbut ma’ dak kollu li għadna kemm semmejna u iktar. Il-programm ser ikun imxandar dirett fuq il-Facebook Page tas-soċjetà mill-5:00 p.m. ‘il quddiem u ser ikun jikkonsisti minn:

  • Programm ta’ marċi rrekordjati mill-Banda Vittorja
  • Diskussjoni dwar it-twaqqif tal-Banda u l-mixja tagħha matul is-snin
  • Programm ta’ diskussjoni u tagħrif mad-dilettanti tan-nar, u x-xogħol li jsir għal ħarqa tan-nar tal-art
  • Filmat b’siltiet waqt il-marċ u ħruq tax-xow tan-nar tal-art matul is-snin

Ixxerja Fuq Il-Midja Soċjali

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Attivitajiet u Aħbarijiet Relatati

Seduta Ġenerali 2023

Waqt is-Seduta Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali li ser iservi matul is-snin 2023-2025. F’dan

Aqra Iktar
Scroll to Top