Bħalma ħabret ftit tal-ġranet ilu, l-iSkola tal-Mużika George Vella, fi ħdan is-Soċjeta tagħna ser tkun għaddejha min tibdil sħiħ (ara l-artikli Tibdil Sħiħ fl-iSkola tal-Mużika). Fost dan it-tibdil hemm ukoll li ser ikun hemm lezzjonijiet tal-pjanu mil-pjanista Lara Scerri. Dawn il-lezzjonijiet ser ikomplu ikabbru l-arti mużikali fis-soċjeta’ tagħna u dan propju hija il-mira prinċipali tagħna.
Dawn il-lezzjonijiet ser jibdew f’Ottubru, u kull min hu interessat jista’ jagħmel kuntatt dirett ma Lara Scerri billi jibgħat email fuq piano@bandavittorjanaxxar.net jew billi iċċempel fuq 9961 3757.
Aktar informazzjoni u aġġornamenti dwar dan it-taħriġ ser issir matul il-ġimgħat li ġejjien hekk kif ukoll ser jitħabbar l-għalliem tas-sezzjoni tal-perkussjoni, fost aġġornamenti oħra.