09:43: Kollox jinsab lest biex tibda is-Seduta Ġenerali 2015 li mistenniha tibda għall ħabta tal-10:00am
10:05 Jasal il-President, L-Onor. Dr. Michael Farrugia fis-sede tas-Soċjeta’ biex min hawn u ftit ieħor tibda is-seduta ġenerali annwali.
10:15 Tibda tintelgħa is-Sala, “8 Ta’ Settembru” bis-soċji tas-soċjeta’.
10:20 Tibda issa is-seduta ġenerali b’diskors ta ftuħ mill-President tas-soċjeta’.
Waqt id-diskors tiegħu il-President jagħti il-fejqan ta’ malajr lill President Emeritus Anthony Catania. Tisemma wkoll il-mawra maħsuba tal-Vatikan kif ukoll xi progress li qiegħed issir fuq din l’attivita. Jitkellem ukoll dwar il-possibilitajiet ta ideat ġodda u attivitajiet oħra tas-soċjeta’.
10:25 Jibda issa il-qari tal-minuti tas-seduta ġenerali 2014 mis-Segretarju, Clifford Galea
10:30 Jiġu approvati anunanimament il-minuti. Jibda issa ir-rapport aministrattiv mis-Segretarju.
Jisemgħu il-punti ewlenin li sar matul is-sena li għaddiet li kienet ikarterizzata mil-ammont ta attivitajiet specjali li saru f’għeluq il-25 sena banda. Dawn ġew appruvati unanimament.
10:36 Jibda jinqara ir-rapport finanzjarju minn Vince Debono f’isem il-Kaxxier Johnny Muscat.
Jisemgħu l’ispejjez speċjali li saru matul is-sena l’oħra u saru xi punti dwarhom. Ir-rapport jiġi approvat unanimament.
10:56 Jiġi xolt il-kumitat prezenti. Eletti awtomatikament peress li kien hemm nomina waħda għal kariga ta’ President, Segretarju u Kaxxier, li dawn ikunu Dr. Michael Farrugia (President), Clifford Galea (Segretarju) u Kaxxier (Johnny Muscat). Tiġi spjegata kif ħa issir l-elezzjoni u ġew identifikata il-membri li tefgħu in-nomina tagħhom għal-membri tal-kumitat. Jiġu inominati zewġ tellers biex jgħoddu il-voti kif ukoll chairman tal-elezzjoni.
11:00 Tinfetah il-kamra tal-voti
11:45 Tingħalaq il-votazzjoni b’ 94 vot mitfgħuha. Jibdew jintefgħu wicchom l’isfel u imqassma f’pakketti ta’ 10 voti kull pakkett.
11:50 Jibdew jingħadu il-voti fejn huwa maħsub li jinħaraġ ir-rizultat sal- 12:15
12:36 Jispiċċa l- għadd tal-voti fejn il-membri eletti huma:
Attard Jurgen, Attard Olvin, Azzopardi Mark Anthony, Borg Ray, Cachia Carmel. Debono Vince, Galea Clinton, Mangani Mark, Muscat Anthony u Vella Daniel
Il-President jifraħ lil dawk il-membri eletti u jħeġeġ lill dawk li ma ġewx eletti biex ikomplu jagħtu il-kontribut tagħhom.
12:39 Qabel tingħalaq is-seduta ġenerali saret mozzjoni biex il-tesera issir 8 Euro fis-sena u 30 Euro għal-ħames snin. Din ġiet unanimament approvata.
12:43 Inqraw l-aħħar avvizi u b’hekk intemet is-seduta ġenerali 2015.