Id-dilettanti tan-nar flimkien maż-żgħażagħ tas-soċjetà ser ikunu qed jorganizzaw majjalata ġewwa l-bitħa tal-Oratorju, nhar is-Sibt 21 t’ Awwissu mit-8:00 p.m. ‘il quddiem. L-ikla tinkludi appetizers, starter, platt bil-majjal u l-patata l-forn u deżerta – kollox għal donazzjoni ta’ €15. Min irid, ser ikun hemm għażla ta’ tiġieġ minflok il-majjal. Għat-tfal ser ikollna wkoll burgers u chicken nuggets.
Infakkru li waqt din l-attività, ser jiġu osservati l-proċeduri u r-regolamenti kollha hekk kif maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Wieħed jista’ jirriżerva post jew l-għażla tal-ikel tiegħu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar jew ma’ xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.
Inħeġġu lil kull minn jista biex jattendi għal din l-attività, sabiex inkomplu ngħinu lil dawn iż-żewġ għaqdiet fi ħdan is-soċjetà tagħna.
