Nhar is-Sibt, 29 ta’ Lulju, id-Dilettanti tan-Nar tagħna ser jorganizzaw Majjalata ġewwa l-bitħa tal-Oratorju, b’risq il-ħidma u x-xogħol tagħhom.
Il-prezz ta’ din l-attività huwa ta’ €20, u ser ikun hemm għażla ta’ tiġieġ ukoll. Għat-tfal hemm ukoll burgers għal donazzjoni ta’ €10. Tfal taħt l-10 snin jieklu b’xejn iżda chicken nuggets jew inkella zalzett bic-chips.
Wieħed jista’ jirriserva postu, billi jagħmel kuntatt ma’ wieħed mid-dilettanti tan-nar jew inkella ma’ Johann Cortis fuq 99256338.
